Martin Balzan, il-Viċi-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija sostna li ħa qata’ li reġgħu ġew ivvutati €90 miljun għal Għawdex u għal Karin Grech meta ġie żvelat il-każ tal-frodi marbut mal-każ tal-Vitals u Steward, u qed jibża’ li bil-flus frodati ser nidħlu fi frodi oħrajn.
Hu sostna wkoll li hemm bżonn isir investiment fl-infrastruttura tas-saħħa, iżda minkejja li hemm bżonn dan, hu mhux qed jara flus ivvotati għal dan l-iskop – fosthom l-isptar t’Għawdex, l-isptar tas-saħħa mentali, kif ukoll il-block tal-outpatients f’Mater Dei. Balzan sostna li l-pażjenti fl-isptarijiet qegħdin ibatu, u l-kwalita’ tas-saħħa mhix qed tkun prijorita’ għall-Gvern.
Hu temm billi semma l-proposta li tħeġġeġ lin-nisa ikollom iżjed tfal, iżda fakkar kif bil-prezzijiet għoljin talp-proprjeta’, dawn l-istess familji anqas biss jistgħu jixtru post u jkollom jieħdu loans twal u qawwija. Minħabba dan, dawn il-familji jkollom jaħdmu għal ħinijiet twal. Balzan sostna li hu mhux qed jara sforz mill-Gvern sabiex jillimita’ l-prezzijiet tal-proprjeta’.
//= $special ?>