Budget 2024 Lokali

Il-Ministru Clyde Caruana naqas milli jintroduċi inċentivi li jassistu l-iżvilupp sostenibbli – MDA

Leon Chetcuti mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin sostna li huma ferħanin li l-Gvern żamm xi proposti tagħhom fil-Budget 2024, fosthom l-iskemi tal-first time buyers u second time buyers.

Minkejja dan, l-MDA huma diżappuntati li l-Ministru tal-Finanzi naqas milli jintroduċi miżuri tanġibli fuq kif il-burokrazija żejda ser tiġi indirizzata. Huma diżappuntati wkoll li l-istess Ministru Clyde Caruana naqas milli jintroduċi inċentivi li jistgħu jassistu l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fuq il-green buildings.