L-artist Mark Schembri qiegħed itella’ wirja bl-isem “Versatilis”, fiċ-ċentru ġdid bl-isem Dome Visitors’ Centre, li jinsab biswit il-Bażilika tal-Mosta.
Mosta Rotunda Foundation għadha kemm fethet Dome Visitors’ Centre biex joffru lil viżitaturi tal-Bażilika esperjenza oħra mal-viżita tagħhom fil-knisja. Flimkien max-xelter tat-tieni Gwerra dinjija dawn jikkumplimentaw il-grajja tal-Bażilika kif ukoll jagħtu ħarsa lejn il-kultura tanġibli u kulinarja ta’ pajjiżna. Sala qed tiġi ddedikata għal attivitajiet kulturali u wirjiet ta’ xogħlijiet tal-arti. L-ewwel li ser iżanżnu din is-
sala huma xogħlijiet tal-pittur Mark Schembri.
F’din il-wirja Mark jagħti ħarsa lejn l-arti tiegħu u b’għażla minn diversi episodji f’ħajtu, jinseġ djarju rapprezentattiv ta’ dak li l-aktar messlu qalbu u ruħu matul iż-żmien. Dan hekk kif ukoll ix-xogħlijiet li se jkunu esibiti jirriflettu l-imħabba li dejjem ħass Mark lejn il-patrimonju ta’ art twelidu, fejn fost l-oħrajn pitter il-verżjoni tiegħu tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaro.
Is-sagru, l-awtobijografija u l-Istorja ta’ pajjiżna jintagħgnu flimkien f’din il-kollezzjoni li qiegħed jippreżenta f’din il-wirja Mark Schembri.
Il-wirja ser tigi inawgurata nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru u tibqa’ miftuħa sat-3 ta’ Dicembru. Id-dħul ghall-wirja hu bla hlas. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lill-artist fuq in-numru 79048331.
//= $special ?>