Jerome Caruana Cilia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal fl-Aġġornament tal-parlament li dan kien budget li ma indirizzax il-problemi tal-pajjiż.
Jerome Caruana Cilia qal li l-budget kien fih miżuri tajbin b’uħud minnhom jipproponiehom il-PN u oħrajn mis-soċjetà. Minkejja dan, dan kien budget bla direzzjoni u bla soluzzjonijiet u viżjoni fi-tul. Dan kien budget li lanqas indirizza l-problemi li l-poplu qed jiffaċċja fosthom l-għoli tal-ħajja, it-traffiku, l-iskart, il-popolazzjoni esaġerata, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-goveranza tajba.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dan kien budget ta’ gvern li qata’ qalbu li jiggverna; budget li nesa lill-middle class. Dwar is-slogan ta’ ‘Malta Ġusta’, Caruana Cilia staqsa jekk saritx ġustizzja mal-qraba ta’ Jean Paul Sofia, mal-persuni fil-lista ta’ stennija fl-isptarijiet, mal-persuni b’diżabbiltà li ħadulhom l-għajuna fl-iskema korrotta, ma’min juża t-toroq wara li kien hawn persuni li ngħataw liċenzja b’korruzzjoni, mal-vittmi tal-vjolenza domestika li baqgħu bla protesjzjoni minkejja r-rapporti, mal-working poor u mat-80,000 li ma jaffordjawx spiża ta’ €770.
Hu semma’ s-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar il-frodi fl-isptarijiet u qal li l-Ministru tal-Finanzi ma qal xejn dwar kif se jinġiebu lura l-€400 miljun.
Id-dejn tal-pajjiż fl-2023 se jiżdied b’€1 biljun biex sal-2023 se jkun tela’ għal €10 biljuni. Għall-2024 dan se jitla’ għal €11.2 biljuni waqt li fl-2026 id-dejn se jitla’ għal €13-il biljun.
Fl-iżbilanċ tal-gvern, fl-2022 id-defecit kien 5.7%; ir-raba’ l-ogħlja fl-UE waqt li sal-aħħar tal-20023 id-defecit se jkun 5% biex fl-2024 dan se jkun ta’ 4.5%. Dan hu ferm ogħla mit-3% stabbilit fit-Trattat ta’ Masschirt. Dan hu tħassib għaliex skont rapporti jidher li se jintlaħaq qbil dwar mekkaniżmi fl-UE li għandhom jerġgħu jidħlu fis-seħħ.
Stħarriġ wara l-ieħor juri li l-pajjiż għandu bżonn direzzjoni ċara; 70% tal-popolazzjoni qed jgħidu li l-gvern miexi f’direzzjoni ħażina. L-SMEs ukoll qed jgħidu (80%) li l-gvern miexi fid-direzzjoni l-ħażina. Il-poplu kien qed jistenna mudell ekonomiku ġdid, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-ħaddiema stennew li l-gvern jgħid x’niċeċ ekonomiċi ġodda se jinħolqu.
Jerome Caruana Cilia kompla li l-gvern hu nieqes mill-viżjoni biex joħloq xogħol ta’ kwalità għaż-żgħaħżagħ u sostna li l-gvern m’għandux ideat għall-ekonomija ta’ għada u qata’ qalbu li jsolvi l-problemi.
Dan il-pajjiż jeħtieġ bidla b’mudell ekonomiku ġdidfejn ir-rata tat-tkabbir ekonomiku ma tkunx ibbażata fuq iċ-cheap labour iżda fuq it-talent Malti u fuq investiment li jagħmel sens. Dan kien budget li nesa’ lill-SMEs, warrab l-edukazzjoni u ma nvestiex fl-insfrasttura.
Hu qal li l-PN hu lest jaħdem u jgħin lill-ħaddiema kif ukoll lill-SMEs u lill-klassi medja biex dwn ikomplu jikbru, sostna d-deputat Nazzjonalista.