Internazzjonali

COP28: Ftit tama ta’ żblokk notevoli fis-summit dwar il-klima

Is-sena 2023 tidher li se tkun l-aktar sena li qatt kienet irreġistrat sħana kemm ilhom jinżammu r-rekords.

Madankollu hemm sinjali li d-diżgwid bejn il-pajjiżi kapaċi jostakola kull progress fl-impenji li jindirizzaw il-bidliet fil-klima waqt is-summit kruċjali COP28 li jsir fid-Dubaj, fit-30 ta’ Novembru.

‘Il fuq minn 70 Ministri għall-Ambjent u mal-100 delegazzjoni nazzjonali qed jiltaqgħu f’Abu Dhabi qabel is-summit u meta Sultan Al Jaber, bħala l-President tal-konferenza COP28, qed jirrikonoxxi l-isfidi għall-pajjiżi kollha tad-dinja.

Il-ħtieġa għal azzjoni urġenti u effettiva qed tidher ċara iżda ħafna delegati jiddubitaw kemm l-Arabja Sawdija, rinomata għall-produzzjoni taż-żejt, kapaċi tmexxi lid-dina lejn futur ħieles mill-carbons u materjal ieħor tossiku li qed jintelaq fl-atmosfera bħala ‘kontribut’ għall-global warming.