L-awtoritajiet Franċiżi qed jinvestigaw każ fejn il-pulizija għal kontra t-terroriżmu sparaw għal mara li kienet qed thedded kontinwament lin-nies li nzertaw ħdejha fl-istazzjon tal-ferrovija Bibliothèque François-Mitterrand, f’Pariġi.
Il-mara, liebsa stil Iżlamiku tradizzjonali, kienet qed thedded biex ‘ittajjar lilha nnfisha’ u wara li hi rrifjutat li tikkoopera mal-pulizija huma sparaw għaliha tmien darbiet, fejn ferewha f’żaqqha. Il-mara, dak il-ħin, kienet qed tgħajjat ‘Allahu Akbar’ u s-sorsi qalu li l-uffiċjali tal-pulizija kienu qed jibżgħu għal ħajjithom,
Il-mara hi rappurtata bħala ‘kritika iżda stabbli’, bil-kelliema għall-Gvern qed jgħidu li hi, qabel, kienet tressqet quddiem qorti fejn spiċċat ikkundannata dwar theddid lill-militar Franċiżi involuti fil-kampanja tas-sigurtà biex tipproteġi lis-siti sensittivi fi Franza mill-attakki terroristiċi.
//= $special ?>