Ta’ Xbiex Futsal u l-Università ta’ Malta komplew bis-serje pożittiva tagħhom fl-Enemed Futsal League meta kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti.
L-Università ta’ Malta ddominaw il-konfront tagħhom kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena meta rebħu 9-1.
Għall-Universita’skorjaw Cleavon Portelli tlett gowls, tnejn kull wieħed minn Aaron Montebello u Leo Muscat filwaqt li Steven Camilleri u Paul Scerri gowl kull wieħed b’ Robert Malool Mustafa skorja l-gowl tat-tim Malti ta’ Taħt 19 il-sena. Referees kienu Marco La Rosa, Sillah Alhasana.
Ta’ Xbiex għelbu lill-Sliema Futsal 6-1 wara li temmew l-ewwel taqsima 5-0 . Għal Ta’ Xbiex Liam Caruana skorja żewġ gowls b’Redeemer Borg, Bernardo Rosa, Matthias Camilleri u Ryan Debono skorjaw gowl kull wieħed b’ Wallace Oliveira Santos skorja għal Sliema. Referees: Andrea Naudi, Jude Amin Utulu.
Żurrieq Bormla kellhom rebħa kbira ta’ 11-1 kontra Gżira United Santa Margherita b’Gabriel Ghigo, Jovica Milijic u Karl Sciortino skorjaw żewġ gowls kull wieħed u Rodrigues da Silva, Claudio Venuto, Karl Luke Schembri, Dylan Musu u Mohamed Elamari skorjaw il-bqija tal-gowls. Għal Ġżira skorja Yessous Camilleri. Referees: Clinton Cassar, Stefania Bonnici.
Birżebbuġa St Peter’s għelbu lil Marsaskala Futsal 6-4 b’żewġ gowls minn Kieran Debono u Shataizan Zarb u gowl kull wieħed minn Julien Bollard u Alexei Saliba filwaqt li għal Marsaskala skorjaw Alessio Restuccia, Amir Ashtiyani, Zemkin Seisun u awtogowl ta’ Owen Galea. Referees: Jude Amin Utulu, Marco La Rosa.
//= $special ?>