Il-kamp ta’ Jabalia għar-refuġjati fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaza ntlaqat mill-missili fost rapporti dwar għexieren ta’ mejtin u midruba bħala konsegwenza.
Il-kamp jinsab f’zona ffullata min-nies li ma tawx każ id-direttivi ta’ Iżrael biex jevakwaw mill-inħawi u meta l-gwerra f’Gaza aktar, kulma jmur, qed tirranka.
It-Tmexxija tal-Ħamas u d-diretturi tal-isptar f’Gaza qalu li l-vittmi qabżu l-50 u meta hemm l-għexieren tal-midruba –bil-missili jeqirdu numru kbir ta’ bini fl-inħawi.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza qed iwaħħal fil-qawwiet ta’ Iżrael għal ‘dan l-attakk dirett fuq ċivili’, bl-Iżraeljani għad iridu jikkummentaw.