Komplew jitressaqu aktar persuna mixlija li ħadu benefiċċju soċjali minn esponenti tal-Gvern hekk kif sa issa għadhom ma tressqu l-ebda persuni li organiżżaw dan ir-racket. Tlett irġiel oħra ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin kull wieħed wara li ammettew li qarrqu biex ħadu benefiċċji soċjali.
Huma ammettew li wettqu dan ir-reat b’dannu għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Gvern ta’ Malta. Horace Desira ta’ 46 sena mill-Fgura ammetta li wettaq falsifikazzjoni ta’ dokumenti u frodi bejn Jannar 2020 u Lulju 2023.
Huwa rriżulta li ħa €19,109 li ma kienx ħaqqu imma ħallashom lura qabel ġiet deċiża l-kawża fil-Qorti. Dylan Schembri ta’ 29 sena minn Birkirkara ammetta li ffalsifika u froda benefiċċji soċjali bejn Ġunju 2019 u April 2023.
Mill-€24,023 li ħa bi ksur tal-liġi huwa baqalu jrodd €23,083. Victor Camilleri ta’ 63 sena mill-Imsida ammetta li ħa benefiċċji soċjali mhux dovut bejn Jannar 2020 u Ġunju 2023. Huwa ħa €21,393 f’benefiċċji soċjali mhux dovuti li minnhom baqalu jirrifondi €19,242.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża l-Maġistrat Rachel Montebello ordnat l-interdizzjoni ġenerali perpetwa fil-konfront ta’ Desira peress li kien uffiċjal pubbliku. Il-prosekuzzjoni f’dawn il-każijiet tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg, Andy Rotin u Shaun Friggieri.
Diġa kien żvelat kif l-eks backbencher Laburista Silvio Grixti qed jissemma’ bħala l-persuna li għal snin sħaħ għen lil mijiet ta’ nies sabiex jirċievu benefiċċji ta’ diżabilità li ma kinux intitolati għalihom – flus li daħħlu fil-but tagħhhom, kull xahar, b’mod frawdolenti.
It-Times kienet ippubblikat evidenza illi tindika li Grixti, li huwa tabib tal-familja, ipprovda dokumenti mediċi foloz lil persuni, li ġeneralment kienu ġejjin minn distretti meqjusa bħala Laburisti. Dan sabiex jirċievu ħlas ta’ madwar €450 fix-xahar f’benefiċċji soċjali; racket li ssokta anke fl-2020, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.
//= $special ?>