Internazzjonali

Il-Ġappun: Sparatura fi sptar fil-belt ta’ Toda

Żewġ persuni sfaw midruba fi sparatura li seħħet fi sptar fil-belt ta’ Toda fil-Ġappun.

Skond rapporti, is-suspetat huwa raġel ta’ bejn 40 u 50 sena, li s’issa għadu maħrub.

Intant żewġ persuni oħra qed jinzammu ostaġġi, f ’uffiċju tal-posta f’ Warabi.

S’issa għadu mhux konfermat jekk iż-żewġ inċidenti humiex relatati jew le.

Il-vittmi ġew identifikati bħala tabib u pazjent anzjan, waqt li l-ostaġġi huma żewġ nisa ta’ 20 u 30 sena