Lokali Parlament

Il-gvern m’għamel ebda konsultazzjoni mas-sidien tal-campers u l-caravans


Graziella Galea, PN


Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li l-gvern m’għamel ebda konsultazzjoni mas-sidien tal-campers u l-caravans.


Graziella Galea qalet li minkejja li l-gvern ilu 10 snin, ma saret l-ebda konsultazzjoni mas-sidien tal-campers u l-caravans, mal-gvernijiet lokali, is-sidien tal-art u l-pubbliku.


Is-siti li jingħażlu għandu jkollhom il-faċilitajiet kollha, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-għaġġla li ħadem biha l-gvern biex daħħal ir-regolamenti ħoloq diffikultajiet. M’għandux ikun hemm detriment għal persuni oħra fl-użu tal-art, qalet Graziella Galea, li kompliet li l-Oppożizzjoni qed tipproponi li jkun hemm pjan serju u mhux reazzjoni għall-kritika.


Is-sidien tal-campers huma favur li jkun hemm regolamentazzjoni u li jkun hemm l-infurzar neċessarju, sostniet id-deputat Nazzjonalista.