Il-Prim Ministru Eġizzjan, Mostafa Madbouly, ċaħad għall-pjani biex ir-refuġjati Palestinjani mill-Medda ta’ Gaza jkunu rilokati ‘bħala massa’ fil-penisola tas-Sinai tal-Eġittu.
Dan wara li l-istampa f’Iżrael irrappurtat li xi uffiċjali Iżraeljani riedu t-trasferiment taċ-ċivili ta’ Gaza lejn l-artijiet Eġizzjani tal-majjistral – dejjem bil-ħsieb li jimminimizzaw kemm jistgħu l-vittmi ċivili li qed jirriżultaw mill-gwerra attwali.
Madankollu, Madbouly, waqt li kien qed iżur it-Tramuntana tas-Sinai, qal li ‘l-ebda konflitt reġjonali mgħandu jkun solvut għall-ispejjeż tal-Eġittu’.
Intant, il-problema kbira għan-nies ta’ Gaza qed tkompli – bl-aċċessi minn Iżrael jjibqgħu magħluqin u meta l-aċċess ta’ Rafah, ikkontrollat mill-Eġizzjani, jipprovdi l-unika triq potenzjali għaċ-ċivili ‘il barra minn Gaza.
//= $special ?>