Paula Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fl-Aġġornament tal-parlament li d-dinjità tal-anzjani hi prinċipju bażiku li fuqu għandha tinbenda l-ħidma u l-politika f’dan is-settur.
Hi qalet li fid-dinjità umana ma jistgħux isiru kompromessi; id-dinjità hi ferm bżjonnjuża għaliex mingħajrha l-anzjani ma jgħixux. Il-poplitika għall-anzjani għandha tkun ibbażata fuq id-dinjità; il-gvern nesa xi tfisser id-dinjità, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-anzjani mhux qed ikunu trattati b’dinjità.
Id-deputat Nazzjonalsta kompliet li hawn anzjani li qed idumu jistennew l-operazzjonijiet tal-katarretti fejn l-appuntamenti qed idumu iktar minn sena. Il-gvern ma baqax jinvesti f’dan ir-rigward fejn kien hemm ftehim ma’ kliniċi privati biex fihom isiru l-operazzjonijiet.
Hawn Dipartiment tal-Emerġenza li ma fiflaħx għall-emerġenzi kollha li hemm fejn l-anzjani qed iumu siegħat twal jistennew. F’Mater Dei hemm anzjani li qed jitpoġġew fl-agħar swali jew bunker mingħajr dinjità u privatezza minħabba li hemm sodod imissu ma’ xulxin bla ebda purtieri li jagħtu l-privatezza. Hemm ukoll nuqqasijiet fejn l-anzjani jinħaslu quddiem xulxin u fejn m’għandhomx fejn ipoġġu l-affarijiet tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-budget ma jindirizzax dan l-investiment u ma jindirizzax il-problema tal-Isptar San Luqa. Paula Mfisud Bonnici qalet li l-gvern mhux iwieġeb dwar il-protezzjoni għal anzjani vulnerabbli u persuni oħra li għandhom bżonn kura. Jidher li l-gvern qed jibqa’ jinjora abbozz f’dan ir-rigward li jitratta d-dinjità tal-anzjani.
Fil-budget kien hemm gidba wara l-oħra fosthom dwar id-dar għall-anzjani tal-Imsida fejn il-gvern qed jgħid li l-gvern fl-2024 se jkun impenjat biex ikompli x-xogħol fuq din id-dar. Din hi gidba għax il-gvern ma jistax ix-xogħol għaliex ix-xogħol għadu ma bediex.