Andorra………………..0
Malta……………………3
ANDORRA: L. Vazquez; L. Sin (D. Fuentes 46′), N. Ubach, M. Cruz, P. Marques, M. Fernandez (L. Palau 63′), M. Muelas, E. Goncalves, S. Del Barco (T. Armengol 63′), N. Gallinat (L. Soto 89′), M. Lozano (I. Dominguez 78′).
MALTA: J. Xuereb; A. Said (E. Xuereb 73′), S. Farrugia, E. Lipman, C. Zammit, N. Sciberras, B. Borg (V. Mifsud 85′), R. Cuschieri (D. Theuma 63′), M. Farrugia (A. Sultana 72′), Y. Carabott (K. Willis 63′), H. Bugeja.
Referee: Sofik Torosyan
It-tim nazzjonali Malti tan-nisa jinsab biss punt bogħod milli jikteb l-istorja meta f’partita oħra mill-UEFA Nations League kiseb rebħa ta’ 3-0 kontra Andorra bil-protagonistà tkun għal darb’oħra l-player ta’ Inter Haley Bugeja li skorjat hat-trick.
B’din ir-rebħa Malta b’hekk fetħet ħames punti vantaġġ fil-quċċata tal-grupp, bil-partita li jmiss tkun kontra l-Moldova li jinsabu fl-aħħar post. Haley Bugeja fetħet l-iskor għal Malta fis-36 minuta wara li kkonkludiet fuq pass ta’ Rachel Cuschieri. Tliet minuti biss wara, Bugeja għal darb’oħra fl-azzjoni meta b’konklużjoni fuq l-ewwel lasta għelbet għal kollox lill-goalkeeper ta’ Andorra. Haley Bugeja skorjat il-hat-trick personali fit-43 minuta permezz ta’ penalty.
//= $special ?>