Bologna għamluha għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia wara li għelbu lil Verona 2-0. Il-gowls kienu skorjati fil-41 minuta permezz ta’ Nikola Moro u fit-62 minuta permezz ta’ S. V. Hooijdonk.
Żewġ gowls f’kull taqsima taw rebħa ta’ 4-0 lil Salernitana fuq Sampdoria. Chukwubuikem Ikwuemesi fetaħ l-iskor wara 28 minuta filwaqt li Loum Tchaouna rdoppja qabel il-mistrieħ. L-istess player għamilhom 3-0 fis-67 minuta qabel ma’ Jovane Cabral għamel l-iskor 4-0.
Cremonese għelbu lil Cittadella 2-1 wara l-ħin barrani. Andrea Bertolacci poġġa lil Cremonese fil-vantaġġ qabel ma’ Alessio Vita ġab l-iskor indaqs seba’ minuti mit-tmiem. Fil-ħin barrani kien il-gowl ta’ Massimo Coda fl-aħħar sekondi li poġġa lil Cremonese fil-fażi li jmiss.
//= $special ?>