Futbol Sport

L-Arabja Sawdija se tospità t-Tazza tad-Dinja tal-2034

L-Arabja Sawdija huwa l-pajjiż magħżul sabiex jospità t-Tazza tad-Dinja tal-2034 wara li l-FIFA kkonfermat li kien l-unika pajjiż li tefa n-nomina sabiex jospità dan it-tournament wara li l-Awstralja rtirat l-interess. Aktar tard din is-sena se jkun qed jitlaqqa’ l-kungress tal-FIFA fejn se jkun qed jikkonferma l-pajjiż magħżul

It-Tazza tad-Dinja tal-2030 se tkun qed issir għall-ewwel darba fi tliet kontinenti, bil-partiti se jintlagħbu kemm fil-Marokk, il-Portugall u Spanja kif ukoll fl-Arġentina, l-Paragwaj u l-Urugwaj. L-edizzjoni li jmiss se tkun qed issir fl-Istati Uniti, l-Messiku u l-Kanada.

Il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Arabja Sawdija, Yasser Al Misehal qal li l-pajjiż se jkun lest biex jospità dan it-tournament. Matul l-aħħar snin dan il-pajjiż kien kritikat bis-sħiħ minħabba l-ksur tad-drittijiet umani kif ukoll tal-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

L-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f’Diċembru tal-2022 fil-Qatar fejn minkejja l-kritika kienet meqjusha bħala suċċess bir-rebbieħa jkunu l-Arġentina.