Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-ippjanar tat-tqegħid ta’ caravans u campers għandu jsir b’mod ħolistiku fil-kuntest ambjentali.
Stanley Zammit kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar tqegħid ta’ campers u caravans. Hu kompla li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li r-regoli jsir ta’ malajr u semma’ kif gvernijiet Nazzjonalista dejjem ippjana b’viżjoni fil-proġetti kbar li għamel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern Laburista faqa’ l-pajjiż bil-popolazzjoni fl-aħħar 10 snin. Il-PN jaqbel mar-regoli dwar il-caravans u l-campers u jitħassru d-drittijiet tal-persuni li jużawhom. Dan filwaqt li tkun imħarsa l-art pubblika fil-kuntest ambjentali, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li t-tqegħid tal-campers u l-caravans għandu jkun regolat.
Hu enfażizza l-importanza tal-istandards tal-campers u qal li l-istandard jitratta wkoll fejn dan jitpoġġew. Għad m’hawnx sistema ta’ reġistrazzjoni tal-caravans u teżisti biss deskrizzjoni tal-campers. Dan iwassal għal nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-ammont u anki d-disinn.
Diġà jeżistu regoli biex l-ebda ingombru fit-toroq ma jikkaġunaw problemi iżda m’hemmx infurzar minħabba nuqqas ta’ organizzazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet li jidħlu fuq xulxin fil-ħidma tagħhom.
Il-gvern lanqas bsis ikkunsidra lit-turisti li jiħu bil-campers minn barra u poġġa lil kulħadd fl-istess keffa, kemm dawk li jabbużaw mil-liġi kif ukoll lil dawk li jimxi mal-liġi. Jidher li anki l-postijiet allokati għall-campers huma żgħar wisq u ma allokax minn proprjetajiet tal-gvern.
Hu qal li hemm pjani minn taħt biex art fil-Qajjenza tingħata għal binjiet għoljin sa 30 metru. L-Awtorità tal-Ippjanar qed tonqos milli taġġorna l-policies dwar il-promozzjoni tal-użu xieraq tal-art u l-baħar.
L-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-Avviż Legali jkun dwar il-campers u l-caravans biex ikunu stabbiliti l-istandards waqt li dawn ikunu reġistrati. Għadu jkun żvilupp qafas regolatorji għat-tqegħid temporanju tal-caravans u l-campers f’żoni speċifikati u l-projbizzjoni ta’ caravans u campers f’postijiet oħra.
Id-dilettanti tal-campers u l-caravans għandhom jittieħdu bis-serjetà, appella Stanley Zammit, li appella wkoll biex ma jsirux żbalji tal-passat. Jeħtieġ li jkun imtejjeb l-ambjent u għandu jsir l-aħjar użu minn art mitluqa, sostna d-deputat Nazzjonalista.