Raġel li qed jiffaċċja akkużi ta’ importazzjoni ta’ droga ġie mixli li pprova jikkorrompi xhud ewlieni biex ma jixhedx kontrih billi wiegħed li jħallaslu €47,000 f’multi u drittijiet pendenti u bagħat lill-avukat tiegħu biex ikellmu.
Terence Cini ta’ 38 sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati li pprova jikkonvinċi lix-xhieda biex jixhdu kontrih kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ seba’ ħelsien mill-arrest preċedenti u li sar reċediv. L-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard qalu lill-Maġistrat Nadine Lia, li fit-30 ta’ Ottubru waqt każ kontra Cini quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, issejjaħ biex jixhed Michael John Mugliette.
Mugliette għażel li jgħid li ma jiftakarx dak li qal taħt ġurament fl-2020, meta involva lil Cini fi ftehim ta’ droga. Il-Pulizija ġiet infurmata li saru telefonati mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn Cini u Mugliette. Dan tal-aħħar kien qed jiskonta peina fuq każ li xehed dwaru taħt ġurament fl-2020. It-telefonati, ippreżentati fil-qorti, involvew lil Cini u Mugliette jitkellmu dwar il-każ tal-qorti.
Kien hemm wegħda li Mugliette mhux se jixhed kontra Cini. Issemmiet multa ta’ €40,000 li kellha titħallas kif ukoll €7,000 fi spejjeż tal-qorti pendenti. Cini kien se jħallashom għal Mugliette. Kien hemm persuna oħra involuta fil-każ li ntbagħtet il-ħabs biex tkellem lil Mugliette dwar il-każ.
Dan kien l-avukat Matthew Xuereb li mar il-ħabs biex ikellem lil Mugliette darba. Meta l-pulizija fittxet għaliex l-avukat mar ikellem lil Mugliett, irriżulta li Cini qal lil Mugliette li l-avukat kien imħallas minn Cini. Mugliette ma kellu l-ebda każ pendenti li kien jeħtieġlu bżonn avukat.
Cini bagħat lill-avukat għand Mugliette, fejn dann tal-aħħar ma kienx talabgħalih, qalet il-pulizija, L-uffiċjali qalu li aktar nies jistgħu jiġu akkużati fuq il-każ. Sorsi qrib il-pulizija qalu li l-Avukat Xuereb kien issejjaħ għall-interrogazzjoni. Cini nżamm taħt il-kustodja tal-pulizija. L-avukati Franco Debono u Alfred Abela rrappreżentaw lil Cini.
//= $special ?>