Lokali

Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 28 sena jitlef ħajtu wara inċident bejn żewġ karozzi u mutur, f’Ħal-Lija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-19:40 tat-Tnejn filgħaxija, fi Triq in-Naxxar, meta għal xi raġuni karozza misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Iklin ħabtet ma karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li taw l-għajnuna lix-xuffier tal-mutur. Huwa, ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.


Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin