‘Qatt ma’ kien hemm dubju min kien l-aħjar’
- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Kellna logħba tajba ħafna fejn ksibna tlett punti oħra importanti. Ħasra però li kien hemm mumenti fejn irregalajna sitwazzjonijiet lill-avversarji tagħna.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri fi tmiem il-partita kontra r-rivali eterni Valletta. Huwa kompla hekk. ‘Fl-opinjoni tiegħi logħba li kif żvolġiet qatt ma’ kien hemm dubju min kien ser jirbaħ fejn żgur li aħna konna aħjar mill-avversarji. Illum irridu ngawdu dan il-mument imma minn għada nibdew naħsbu mill-ewwel fuq il-logħba li jmiss kontra Mosta, tim li għaddej minn mument tajjeb. Imma kuntent bil-plejers li rreaġixxew tajjeb mid-draw kontra Sliema Wanderers.’
‘Numru ta’ żbalji fl-ewwel għoxrin minuta’
- Vincenzo Potenza, kowċ Valletta FC
‘Nemmen li għamilna logħba tajba minkejja li ridna nkunu aktar attenti fl-ewwel għoxrin minuta tal-partita fejn għamilna numru ta’ żbalji’ Hekk ikkummenta Vincenzo Potenza wara t-telfa kontra Ħamrun Spartans. Il-kowċ Belti kompla jżid. ‘Wieħed irid iżomm f’moħħu li t-tim ta’ Valletta għadu qed jinbena u quddiemna kellna l-aktar tim b’saħħtu f’Malta. Irridu nitgħallmu minn dak li għamilna ħażin u nħarsu ‘l quddiem b’mod partikolari lejn il-logħba li jmissna kontra Gżira United.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 6 | 16 |
| Floriana | 6 | 14 |
| Marsaxlokk | 6 | 10 |
| Birkirkara | 6 | 10 |
| Sliema Wanderers | 6 | 10 |
| Mosta | 6 | 9 |
| Balzan | 6 | 9 |
| Valletta | 6 | 8 |
| Hibernians | 6 | 7 |
| Gżira United | 6 | 7 |
| Naxxar Lions | 6 | 6 |
| Gudja United | 6 | 4 |
| Sirens | 6 | 2 |
| Santa Lucia | 6 | 2 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 6 |
| Kemar Reid (Floriana) | 5 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 4 |
| U. Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 4 |
| Sunday Akinbule (marsaxlokk | 4 |
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 4 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 4 ta’ Novembru, 2023
Centenary Stadium
2:00pm Birkirkara – M’Xlokk
4:30pm Gżira Utd. – Valletta
Il-Ħadd 5 ta’ Novembru, 2023
Centenary Stadium
11:00am Ħamrun S. – Mosta
2:00pm Sta Lucia – Sliema W.
4:30pm Balzan – Naxxar L.
Tony Bezzina Stadium
2:00pm Hibernians – Gudja Utd.
4:30pm Floriana – Sirens
//= $special ?>

