Futbol Sport

Arsenal u Manchester United eliminati minn West Ham u Newcastle rispettivament

Fil-London Stadium telfa mhux mistennija għal Arsenal hekk kif kienu megħluba minn West Ham bl-iskor ta’ 3-1 u eliminati mill-Carabao Cup. West Ham fetħu l-iskor fis-16-il minuta minn awto gowl ta’ Ben White. Il-Hammers irduppjaw ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta kien Mahommed Kudus li niżżel tajjeb u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Aaron Ramsdale għal 2-0. Jarrod Bowen għamilhom tlieta fis-60 minuta, b’Martin Odegaard jiskorja il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Arsenal fil-95 minuta.

Liverpool għaddew għall-ħames round tal-Carabao Cup meta għelbu lil Bournemouth barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-1. Cody Gakpo fetaħ l-iskor għal Liverpool fil-31 minuta, b’Justin Kluivert jikseb id-draw fl-64 minuta. Il-gowl deċiżiv wasal fis-70 minuta skorjat minn Darwin Nunez.

Chelsea wkoll għamluha għar-round li jmiss b’rebħa ta’ 2-0 fuq Blackburn. Il-gowl għal Chelsea waslu fit-30 minuta permezz ta’ Benoit Badiashile, u fid-59 minuta, b’gowl ta’ Raheem Sterling.

Manchester United ukoll kienu eliminati fir-raba’ round b’telfa ta’ 3-0 kontra Newcastle f’old Trafford. Miguel Almiro poġġa’ lit-tim ta’ Eddie Howe fil-vantaġġ fit-28 mintua qabel kien Lewis Hall li rdoppja tmien minuti wara. Fis-60 minuta kien Joe Willock li avvanza tajjeb bil-ballun u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Andre Onana għal 3-0.

CARABAO CUP

West Ham v Arsenal 3-1, B’mouth v Liverpool 1-2, Chelsea v Blackburn 2-0, Everton v Burnley 3-0, Ipswich v Fulham 1-3, Man Utd v Newcastle 0-3