Illum fil-Lukanda Dolmen, Bugibba ingħata bidu għall-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball 2023.
F’dawn il-Kampjonati qed jieħdu sehem 802 plejers minn 12-il pajjiż fejn flimkien ma’ Malta hemm ukoll l-Ingilterra, Ġibilta’, Skozja, l-Irlanda, Franza, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Olanda, Ċipru, Wales, il-Katalunja u l-Belġju.
Wales għandha l-ikbar kontinġent b’144 plejer segwiti mill-Ingilterra b’130 u Malta b’106.
Fil-Kampjonati hemm għaxar kategoriji ta’ kompetizzjonijiet u dawn huma riservati għall-irġiel, nisa, żgħażagħ ta’ taħt il-15, 18 u 23 sena, seniors, nisa, masters, grandmasters u wheelchair.
Miċ-ċerimonja tal-ftuħ l-attenzjoni tmur fuq il-kompetizzjoni fid-diversi kategoriji sakemm eventwalment fit-8 ta’ Novembru jkunu magħrufa r-rebbieħa.
//= $special ?>