Budget 2024 Lokali

BUDGET 2024: KNŻ jindirizzaw l-isfidi li jiskoraġġixu liż-żgħażagħ

Filwaqt li il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jirrimarkaw punti pożittivi fuq diversi setturi li ssemmgħu fil-Budget huma jindirrizzaw id-diversi problemi u sfidi sinifikanti li jiskoraġġixxu liż-żgħażagħ Maltin.

Meta nndirizzaw il-problema tal-housings KNŻ sostnew li minkejja d-deċiżjonijiet tal-gvern biex ikun hemm housing affordabbli xorta għad hemm diversi sfidi li minħabba fihom iż-żgħażagħ ma jibqgħux joqgħodu Malta. Fosthom li hemm nuqqas ta’ bini affordabbli speċjalment fiż-żoni urbani li jagħmilha diffiċli għaż-żgħażagħ. Għalhekk il-KNŻ sostniet li l-gvern għandu jespandi bini affordabbli f’żoni urbani filwaqt li toħloq opportunitajiet liż-żgħażagħ biex tassiguralhom akkomodazzjoni xierqa.

Fejn tidħol il-ġustizzja KNŻ saħqet li tinsab imħassba fuq diversi kwistjonijiet tal-ġustizzja li għadhom iridu jiġu implimentati

Il-Kunsill indirizza ukoll is-settur tas-saħħa, fejn fost l-oħrajn saħaq li hemm nuqqas ta’ pjanijiet konkreti fejn jidħol bini għal-faċiltajiet ġodda għas-saħħa mentali b’konsiderazzjoni għall-kura primarja kif ukoll sekondarja jistgħu jiffunzjonaw aħjar bħala parti minn sistema akbar. KNŻ juri t-tħassib tiegħu wara li kien hemm nuqqas ta’ kuntest mogħti fil-konfront tal-isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u St Luke’s. partikolarment wara li-tema tal-Baġit kienet Malta Ġusta.

Fejn tidħol it-tema tal-edukazzjoni KNŻ tgħid li minkejja hemm żieda ta’ 64euro fis-sena fl-istupendji, hemm nuqqas ta’ sapport għaż-żgħażagħ li jridu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja.