Il-Budget wera biċ-ċar kif il-Gvern mhux jisma’ dak li jkunu qed jgħidu l-unions; jew inkella mhux jikkomunika il-pjanijiet tiegħu.
F’kummenti li ta lil Net News il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li in-nefqa fuq il-COLA ser tkun nefqa sostanzjali u għalhekk is-sussidju tal-enerġija kien essenzjali sabiex itaffi għal dan il-piż – nefqa li qed tintreffa biss minn min iħaddem.
Tony Zahra esprima wkoll is-sens ta’ sorpriża għall-introduzjoni tal-hekk imsejħa skills card.
Minn naħa tiegħu, il-Viċi President tal-Assoċjazjzoni tal-Istabbilimenti tal-Catering, Matthew Pace stqarr illi waqt li l-paga minima hija piż fuq in-negozji din in-nefqa tiġi irkuprata hekk kif il-ħaddiema fl-industrija tal-caterting jonfqu aktar.
Pace qalilna wkoll li waħda mill-proposti tal-Budget kienet li l-VAT titnaqqas, bħalma fil-fatt qegħda f’diversi pajjiżi Ewropej – xi ħaġa li ma daħlitx fis-seħħ fil-Budget li preżenta Clyde Caruana.
Minn naħa l-oħra tkellmu magħna wkoll żewġ organizzazjonijiet Għawdxin – l-Assocjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, kif ukoll il-Gozo Business Chamber.
Joe Muscat f’isem il-GTA qal li huma xtaqu li jaraw aktar miżuri li jagħtu direzzjoni dwar l-iżvillup f’Għawdex kif ukoll dwar il-konnettività bejn Malta u l-gżira Għawdxija.
Il-Gozo Business Chamber minn naħa tagħhom semmew numru ta’ proposti li fil-Budget ma ġewx inklużi; fosthom l-Isptar il-Ġdid f’Għawdex.
U filwaqt li kien hemm ammont żgħir ta’ inċentivi fiskali, Daniel Borg spjegalna li huma stennew inċentivi fiskali oħrajn.
//= $special ?>