Attakk mill-qawwiet Iżraeljani fuq il-kamp tar-refuġjati ta’ Jabalia kien azzjoni intiż lejn l-eliminazzjoni tal-bejtiet tat-terroristi tal-Ħamas li kienu qed jużaw il-kamp biex jippjanaw u jwettqu l-attakki fuq Iżrael.
Filwaqt li numru ta’ pajjiżi u organizzazzjonijiet qed jikkundannaw lil Iżrael għall-attakk li qatel ‘il fuq minn 50 f’dan il-kamp ( fit-Tramuntana ta’ Gaza ) l-Ogħla Tmexxija Iżraeljana qed twieġeb li l-attakk tal-Erbgħa bil-lejl kien immirat ‘speċifikament’ għat-terroristi u l-infrastruttura tal-Ħamas.
L-attakk partikulari ħalla diversi neighbourhoods ta’ Gaza f’munzelli ta’ tifrik u irmied, bi stqarrija ta’ Iżrael issostni li l-qawwiet tiegħu, taħt it-tmexxija tal-Brigata Givati magħmulha mit-truppi elitisti, ħatfet kontroll ta’ fortizza militari tal-Ħamas fil-Punent ta’ Jabaliya.
Baqgħet mhix ikkonfermata l-istqarrija li nqatlu ‘il fuq minn 50 terrorista f’zona tal-kamp għar-refuġjati u qalb in-network tal-mini taħt l-art fl-istess inħawi.
Iżrael qed jgħid li l-infrastruttura ta’ taħt l-art ilha ħafna tintuża mill-Ħamas biex iwettaq l-attakki fuq Iżrael u li din ġarrbet il-ħsarat sinifikanti waqt l-azzjonjiet militari.
//= $special ?>