Internazzjonali

Gwerra Lvant Nofsani: Ambulanzi jġorru feruti jidħlu fl-Eġittu minn Gaza

Ambulanzi jġorru kważi 90 persuna Palestinjana midruba telqu minn Gaza dalgħodu lejn l-Eġittu wara li l-awtoritajiet Eġizzjani ħabbru li se jifħu l-fruntiera ta’ Rafah għall-pubbliku għall-ewwel darba minn meta bdiet il-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas, fis-7 t’Ottubru. Xi ċittadini barranin jew b’ċittadinanza doppja għandhom jitħallew jitilqu wkoll.

Wara rejd Iżraeljan fuq il-kamp tar-refuġjati ta’ Jabalya, fin-Nofsinhar tal-Medda ta’ Gaza: ħalla għexieren ta’ vittmi. Il-Unicef iddakjart li “Gaza saret iċ-ċimiterju għal eluf ta’ tfal” hekk kif proprju żewġt itfal ta’ nazzjonalità Franċiża, inqatlu f’Gaza.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken, li għandu jiltaqa’ mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Natanyahu nhar il-Ġimgħa, talab li jiftaħ kuritur umanitarju biex ikun jista’ jqassam l-għajnuna.