Lokali

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Bypass tal-Imrieħel

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sitta (0600hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident
tat-traffiku fil-Bypass tal-Imrieħel, Birkirkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn karozza Kia Avella misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-ilsena residenti Birkirkara stess u mutur
Aprilia misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei
sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.