Knisja Lokali

Il-festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Ritratt: Arċidjoċesi ta' Malta - Ian Noel Pace

Nhar il-Erbgħa l-1 ta’ Novembru fis-6pm, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Waqt il-quddiesa seminarista se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat.

Il-Ħamis 2 ta’ Novembru fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha, ser issir quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar. L-Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall-erwieħ kollha li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u bit-tama tal-qawmien mill-imwiet, biex bil-ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub. Din il-quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L-Insara kollha huma mħeġġa jattendu għall-quddies u jitolbu wkoll għall-għeżież mejtin tagħhom.