Lokali

Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar sejba ta’ katavru li ttella’ mill-baħar fil-limiti t’Għar Ħasan

Il-Pulizija kkonfermat ma’ NET News li nhar l-Erbgħa li għadda, instab katavru fil-baħar ftit ‘il barra minn Għar Ħasan f’Birżebbuġa.

Il-ġisem kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Fil-25 ta’ Ottubru, il-Pulizija ġiet infurmata bis-sejba. Il-katavru ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta li mbagħad ġie ttrasportat b’ħelikopter u ingħata f’idejn il-Pulizija għall-investigazzjoni.

Il-katavru għadu ma ġiex identifikat. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadom għaddejin, filwaqt li nfetħet inkjesta.