Ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, mara ta’ 26 sena u residenti l-Gżira, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi f’inċident li seħħ fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur tal-għamla Chaoya E-Bee, tilfet
il-kontroll wara li ħabtet mal-bankina u waqgħet.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikata
bi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>