Fil-Coppa Italia Parma eliminaw lil Lecce bl-iskor ta’ 4-2. Parma ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima bil-gowls jaslu minn Simon Sohm u Ange Bonny. Fit-tieni taqsima rimonta minn Lecce li kisbu d-draw b’gwols ta’ Roberto Piccoli u Gabriel Sterfezza. Madanakollu fil-ħin mogħti żejjed Parma skorjaw iż-żewġ gowls li tefawhom mal-aħħar sittax, permezz ta’ awto gowl ta’ Marin Pongracic u penalty ta’ Dennis Man.
Genoa wkoll għamluha mal-aħħar sittax b’rebħa ta’ 2-1 fuq Reggiana. Kienu Reggiana li fetħu l-iskor fis-37 minuta b’gowl ta’ Djamanca qabel kien Ridegeciano Haps li kiseb idd-raw għal Genoa. Biex fil-ħin barrani kien is-sostitut Albert Gudmundsson li skorja il-gowl tar-rebħa.
Coppa Italia
Illum: Genoa v Reggiana 2-1, Lecce v Parma 2-4, Udinese v Cagliari tard
//= $special ?>