Il-PN irid li ssir ġustizzja wara l-frodi li seħħ mid-deal tat-tliet sptarijiet.
Hekk stqarr illum il-Kap tal-PN Bernard Grech, wara li l-PN preżenta protest ġudizzjarju fejn qed jinsisti li kull min kien involut fid-deal tal-Vitals u Steward se jinżamm personalment responsabbli.
Il-protest ġudizzjarju jżommu responsabbli ta’ għemilhom lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat tal-Istat u lill-Avukat Ġenerali u jimbuttahom jagħmlu xogħolhom. Dan wara li ingħatat twissija verbali lil Angelo Gafà, iżda dan baqa’ ma ħax azzjoni ċara.
“Dan kien serq bi frodi minn ħalq il-poplu”, stqarr Bernard Grech. Sadanittant il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia taw ġimgħa ċans lill-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali biex jieħdu azzjoni kontra dawk involuti fil-ftehim “frawdulenti” tal-isptarijiet, u wissewhom b’aktar azzjoni legali jekk ma jagħmlux dan.
Id-deputat Adrian Delia insista li għandhom jittieħdu passi b’mod immedjat. Għalkemm sa issa, il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma għamel assulutament xejn.
Protest li jżomm responsabbli lil Robert Abela, Joseph Muscat, Chris Fearne, Clyde Caruana, eks Ministru u oħrajn
Il-protest li sar mill-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u d-deputat Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija li qed jitlobhom biex jaġixxu fi żmien ġimgħa kontra l-Prim Ministru Robert Abela, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministri Clyde Caruana u Fearne u l-predeċessur tiegħu Konrad Mizzi.
Fil-protest jissemmew ukoll il-predeċessur ta’ Clyde Caruana, Edward Scicluna; l-eks ministru tal-ekonomija Chris Cardona; l-eks chief of staff tal-OPM Keith Schembri; Vitals u Steward u l-investituri Ram Tumuluri, Armin Ernst, Mark Edward Pawley, Ashok Rattehalli, Aasia Parveen Shaukat, Asad Shaukat Ali, Shaukat Ali Chaudry u Mohammad Shoaib Walajahi.
Jinkludu wkoll membri tal-kumitat tal-għażla James Camenzuli, Manuel Castagna u Robert Borg, il-konsulent David Galea. is-CEO tal-Malta Enterprise, Mario Galea, l-eks Sgretarju permanenti ta’ Konrad Mizzi – Ronald Mizzi, kif ukoll Robert Vella, Peter Mamo u kumpaniji Bluestone Investments Malta Ltd, Pivot Holdings Ltd, Oxley Capital Group, Malta Industrial Parks Limited, issa INDIS Malta Ltd, Projects Malta Limited, li issa hi Malta Strategic Partnership Projects Ltd , Bluestone Special Situations 4 Limited irreġistrata fil-British Virgin Islands, AGMC Incorporated, Portpool Investments Ltd irreġistrata wkoll fil-British Virgin Islands, Vitals Global Healthcare Limited, li bidlet isimha għal Steward Malta, Vitals Global Healthcare Management Limited, li issa hija Steward Malta Management Limited, Vitals Global Healthcare Assets, issa Steward Malta Assets Limited, Beat Limited u Accutor AG, ireġistrata fl-Isvizzera.
Il-protest jgħid li dawn kollha kolletivament bejniethom għandhom jiġu misjuba personalment responsabbli għad-danni li sofra l-istat Malti minħabba għemil doluż, b’mala fede, b’korruzzjoni u f’kollużjoni bejniethom a skapitu tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dan kollu sar minħabba n-nuqqas tagħhom u ta’ oħrajn u għaldaqstant għandha tittieħed azzjoni kontra dawn il-qarrieqa li aġixxew kif aġixxew u dan kemm ċivilment kif ukoll kriminalment. Il-protest ġie ffirmat mill-Avukat Edward Debono.
//= $special ?>