Wara li ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru Robert Abela qal li s-serqa fid-deal frawdolenti tal-isptarijiet ma kinitx ta €400 miljun, Robert Abela qed ikompli jkaxkar saqajh u ma jgħidx kemm hi eżattament iċ-ċifra taq’ kemm insteraq il-poplu. Dan wara l-kundanna ċara li kien hemm mill-Qorti f’sentenza storika li ingħatat fil-konfront tal-Gvern Laburista.
Meta matul il-jum tal-Erbgħa kien mistoqsi minn Net News Robert Abela qal li mhux se jgħid kemm insteraq il-poplu Malti u Għawdxi – flus li kellhom immorru għal investiment infrastrutturali fit-tliet sptarijiet ta’ pajjiżna. Bil-Prim Ministru jirreaġixxi b’dan il-mod.
Mistoqsi għal darba darbtejn biex jgħid eżatt kemm insteraq il-poplu, Robert Abela kompla jgħid li s-serqa hija sempliċiment ħrafa. Dan filwaqt li kompla b’attakk partiġġjan – sakemm ħarab lejn il-karozza tiegħu.
//= $special ?>