Sport Sport Ieħor

Sparar: Clive Farrugia jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja Qatar 2023

Clive Farrugia kwalifika għall-finali tat-Tazza tad-Dinja ISSF li se tkun qed issir f’Doha il-Qatar bejn it-18 u s-26 ta’ Novembru li ġej.

Il-Kwalifikazzjoni għall-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF 2023 hija possibbli billi jinkisbu punti ta’ klassifikazzjoni permezz tal-ISSF Ranking System.

Kull atleta, li huwa uffiċjalment irreġistrat biex jikkompeti f’Tazza tad-Dinja tal-ISSF mill-Federazzjoni Nazzjonali tiegħu u li tkun federazzjoni membru tal-ISSF, jista’ jikkwalifika biex jieħu sehem fil-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF f’avveniment wieħed jew aktar.

Fi tmiem is-Serje tat-Tazza tad-Dinja ISSF tal-2023, l-aqwa tnax-il atleta f’kull avveniment bl-ogħla numru tal-punti tal-klassifika, skont il-lista tal-klassifika jikkwalifikaw għall-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF.

F’avveniment wieħed, massimu biss ta’ żewġ atleti għal kull nazzjon se jitħallew jikkompetu fil-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF.