Bormla Subbuteo Club fil-ġranet li għaddew ikkompetew fl-ECSTFA Champions League f’Eugies fil-Belġju.
Bormla Subbuteo Club kienu seeded fi Group 4 fejn b’żewġ rebħiet ta’ 3-0 kontra Charleroi tal-Belġju u 4-0 kontra Turia ta’ Spanja, mid-draw ta’ 1-1 kontra Falcons Athens tal-Greċja, sfaw megħluba bl-iskor identiku ta’ 2-1 minn Telfama Fiamme Azzurra tal-Italja u Caen ta’ Franza.
B’7 punti Bormla Subutteo Club temmew fit-tielet post fil-grupp sabiex fil-fażi tal-aħħar sittax għelbu 2-1 lil Scarlet Battalion tal-Greċja.
Fil-kwarti finali Bormla sfaw megħluba 3-0 minn Reggio Emilia Fratelli Bari tal-Italja, rebbieħa kemm tal-edizzjoni ta’ sena ilu kif ukoll tal-2023.
Fil-partita għall-ħames u sitt post Bormla sfaw megħluba 2-1 minn Salernitana tal-Italja iżda għelbu 4-0 lil Hennuyer tal-Belġju sabiex temmew fis-7 post fost 21 tim.
It tim kien magħmul minn Charlie Aquilina (Captian ) Jason Pisani , Bessm Golger , George Ebejer u John Zammit.
//= $special ?>