Lokali Xjenza u Teknoloġija

Wirja esklussiva tad-dokumentarju ‘The Social Dilemma’

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar is-social media qiegħda tiddomina id-dinja tal-llum. Għalhekk huwa importanti li nistaqsu x’inhu l-impatt tat-teknoloġija fuq ħajjitna.

Għaldaqstant ĊineXjenza ser tippreżenta wirja esklussiva tad-dokumentarju ‘The Social Dilemma’, segwit minn diskussjoni mmexxija minn esperti li tiffoka fuq l-impatt soċjali tas-social media murija fil-film.

Id-dokumentarju li huwa mmexxi minn Jeff Orlowski, juri l-impatt u l-kosegwenzi li tħalli is-social media fuq is-soċjeta. Il-film jinkludi intervisti ma’ esperti teknoloġiċi prominenti, inklużi eks-impjegati ta’ kumpaniji ewlenin tas-social media.

ĊineXjenza toffri opportunità unika biex tesplora bir-reqqa it-temi xjentifiċi u etiċi wara l-pjattaforma tal-midja soċjali murija fil-film

L-attivita ser issir fl-14 ta’ Novembru fiċ-Ċinema Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta fis-7pm