Mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, AnneMarie Grech tat somma sabiħa ta’ flus lil Research Innovation and Development Trust, magħrufa wkoll bħala RIDT, sabiex tkun tista’ tkompli r-riċerka fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Waqt żjara li saret fid-Dipartiment tal-Biomedical, AnneMarie Grech setgħet tifhem aħjar ix-xogħol siewi li jsir jum wara l-ieħor minn numru ta’ riċerkaturi, bl-għażla tagħha li tati donazzjoni lil RIDT fl-għeluq il-50 sena tagħhom kienet waħda awtomatika.
Fost l-oħrajn, ir-riċerka li ssir fil-laboratorji tal-Università minn numru ta’ riċerkaturi, hemm dawk li għandhom x’jaqsmu mat-tumuri tas-sider, il-pulmun u l-musrana. Dan sabiex wieħed jifhem aħjar x’jikkawża li persuna jkollha tumur u eventwalment jirriċerkaw biex isibu serħan jew saħansitra kura għal dawn it-tipi differenti ta’ tumuri. Jispjegalna iktar dwar dan il-Professur Godfrey Grech.
Permezz ta’ din ir-riċerka, riċerkaturi f’pajjiżna qed jirnexxilhom jagħmlu passi ta’ ġgant ‘il quddiem.
Iżda biex dan kollu jkun possibli, il-Kap Eżekuttiv ta’ RIDT, Wilfred Kenely qalilna kif din ir-riċerka sserrah fuq l-għajnuna li tiġi minn barra minn xtutna u anke mill-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi.
Ix-xogħol ta’ RIDT beda fl-2011 fejn tul dawn is-snin kollha tassigura li ġġib biżżejjed fondi sabiex ir-riċerka fuq livell nazzjonali tkun tista’ tibqa’ miexja ‘l quddiem.
Il-laboratorji Maltin mhux biss jibbenefikaw minn fondi Ewropej iżda wkoll mill-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi. Fost dawn hemm l-eluf ta’ ewro li jingħataw ta’ kull sena mill-Fondazzjoni Alive, b’numru ta’ ċiklisti li jgħaqqdfu kilometri sħaħ biex jiġbru d-donazzjonijiet għar-riċerka dwar il-kanċer.
//= $special ?>