It-timijiet nazzjonali Maltin tal-blackball kisbu riżultati pożittivi fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewropa li qed isir hawn Malta. It-tim Malti tas-seniors għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 18-7, filwaqt li Tim A Irġiel għelbu lill-Olanda 14-11.
Fil-kategorija Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Malta għelbet 21- 4 lil Ġibiltà filwaqt li t-tim ta’ taħt it-23 sena għeleb lill-Irlanda 19-6.
Iż-żgħażagħ Maltin ta’ taħt it-18-il sena urew il-potenzjal tagħhom meta għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq 14-11 filwaqt li t-tim ta’ taħt il-15-il sena tilef kontra Wales 9-6.
F’logħba ferm missielta sal-aħħar, it-tim tan-nisa għeleb lill-Irlanda ta’ Fuq 13-12.
Finalment it-tim tal-Grandmasters sofra żewġ telfiet, 15-10 kontra l-Iskozja u 13-12 kontra Wales.
F’dawn il-Kampjonati tal-Ewropa tal-Blackball flimkien ma’ Malta qed jipparteċipaw 12-il pajjiż.


