Internazzjonali

Il-Gwerra fil-Lvant Nofsani: Appelli biex it-terroristi jeħilsu lit-tfal ostaġġi

Il-ġenituri ta’ 32 tfal li nħatfu ostaġġ mit-terroristi waqt l-attakki tas-7 ta’ Ottubru f’Iżrael qed jappellaw għall-ħelsien tagħhom; bis-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal qed tidher dejjem aktar iddisprata.

Qed jingħad li t-tfal – u ostaġġi oħrajn – qegħdin jinżammu fil-mini ta’ taħt l-art ta’ Gaza u wara li  l-Ħamas, waqt l-attakki ta’Ottubru, kienu ħatfu mal-240 ostaġġ. Sallum erba’ minn dawn l-ostaġġi nħelsu u b’suldat mara ssalva minn idejn it-terroristi.

L-aġenziji tal-għajnuna internazzjonali, inkluż il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, bħalissa, ukoll qed jappellaw għall-ħelsien tat-tfal ostaġġi, bil-kelliema jinsistu biex isiru jafu jekk dawn it-tfal humiex fil-bżonn ta’ kura medika urġenti.