Lokali

Imut il-ħaddiem li kien weġġa’ fil-Freeport fl-20 ta’ Ottubru li għadda

Luttu fost il-ħaddiema tal-Port Ħieles wara li fis-sigħat li għaddew ingħatatilhom l-aħbar illi miet ir-raġel ta’ 58 sena li x-xahar li għadda kien involut f’inċident bejn żewġ inġenji li jintużaw biex jinġarru containers.

Il-ħaddiem kien impjegat tax-xatt part timer, u huwa minn Marsaskala.

L-inċident kien seħħ fl-20 ta’ Ottubru f’nofs ta’ lejl, għall-ħabta tas-1:30am meta seħħet ħabta bejn dawn l-inġenji li kienu misjuqa mill-vittma u minn raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat.

Dwar il-każ infetħet inkjesta immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.

Fil-Freeport il bnadar qed jittajru mezz’asta b’sens ta’ rispett lejn il-qraba ta’ dan il-ħaddiem.