Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li hemm bżonn waqfa temporanja mill-ġlied, sabiex ikunu jistgħu jinħelsu l-ostaġġi tal-Hamas. Biden qal dan waqt li kien qed jitkellem waqt rally u kien imwaqqaf minn waħda mara li kienet qed tisimgħu li qaltlu li hemm bżonn waqfin assolut fil-ġlied.
Intant iktar minn 400 peruna tħallew joħorġu minn Gaza permess tal-passaġġ Rafah, 335 minnhom ikunu barranin u 76 minnhom Palestinjani midruba, u huwa stmat li madwar 500 persuna oħra se jkunu qed jitħallew jidħlu l-Eġittu minn dan il-pasaġġ illum.
Minn naħa tiegħu l-Papa Franġisku stqarr li din il-gwerra fl-art imqadsa tbeżgħu u appella sabiex ikun hemm soluzzjoni bejn żewġ stati.
Fl-aħħar siegħat il-militanti Izraeljani qalu li miet suldat ieħor waqt l-attakki f’ Gaza, sabiex issa in-numru ta’ suldati Izraeljani li tilfu ħajjithom tela għal 17.
//= $special ?>