Lokali

Raġel ta’ 37 sena bi ġrieħi gravi wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tal-pulizija f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ir-Ramla, il-Mellieħa.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li Tork ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar żewġ metri waqt li kien qiegħed jaħdem.

Aktar tard, ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.