Sport Sport Ieħor

Table Football: Ħ’Attard Subbuteo Club fil-15-il post fl-Europa League

H’Attard Subbuteo Club, kienu qed jipparteċipaw għat-tielet darba fl-Europa League tat-table football. It-tim li pparteċipa f’din l-edizzjoni li ntlgħabet f’Hainaut, il-Belġju, kien kompost min Mario Fleri Soler, Stanley Farrugia Randon, Robert Farrugia Randon u Rinaldo Van Dijk.

Mill-fażi tal-gruppi t-tim ta’ Ħ’Attard irnexxielu jikkwalifika mal-aħħar 16, biex b’żewġ rebħiet u draw, finalment spiċċa klassifikat fil 15-il post, li huwa l-aqwa riżultat miksub mill-klabb wara l-aħħar post u l-20 post fl-edizzjonijiet tal-2015 u l-2019 rispettivament.