Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għal Malta Darts Association meta l-ġimgħa jinghata bidu għal edizzjoni oħra tal-Malta International Darts Open.
Bħal dejjem numru kbir ta’ parteċipanti minn madwar l-Ewropa se jkunu Malta sabiex jikkompetu fid-diversi kategoriji li hemm f’din l-Edizzjoni.
Fost il-pajjiżi li se jieħdu sehem apparti Malta hemm ukoll l-Estonja, l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvizzera, l-Ungerija, Franza, ir-Rumanija, Wales, Spanja, in-Norveġja u Franza.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena hemm diversi kategoriji fejn apparti dawk tal-irġiel u tan-nisa kemm singles u doubles hemm wkoll kategorija taż-żgħażagħ, Standing Para Darts u Wheelchair Para Darts.
Il-logħob jibda llum il-Ġimgħa waranofsinhar u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej meta jintemm bil-finali ta’ diversi kategoriji fil-Padiljun tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
//= $special ?>