L-Assoċjazzjoni tal-Model Engineers nediet l-esebizzjoni annwali tagħha bħala ċelebrazzjoni tal-40 sena mit-twaqqif tagħha.
Matul din l-esebizzjoni, qed titwassal wirja ta’ mudelli differenti ta’ ajruplani, karozzi, ferroviji, vetturi militari, dgħajjes, kif ukoll xeni li juru sitwazzjonijiet partikolari.


Net News tkellem mal-President tal-Assoċjazzjoni Ramon Borg illi tana aktar dettalji dwar l-esebizzjoni kif ukoll dwar l-għaqda nnifisha.
Borg spjega wkoll kif huma għandhom madwar 80 membru li jiltaqgħu darbtejn fix-xahar sabiex jipparteċipaw f’diversi lectures u diskussjonijiet, kif ukoll jorganizzaw kompetizzjonijiet.
Din il-wirja li hija miftuha għall-kulħadd, u se tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru sal-5pm fis-Sala Prinċipali tal-Middle School tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, u d-dħul hu b’xejn.

