Sport Sport Ieħor

Kampjonat Ewropew tal-Blackball: Żewġ rebħiet minn Tim A tal-Irġiel fost riżultati oħra fit-tieni ġurnata

Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball bosta timijiet Maltin kienu fl-azzjoni fejn kellna riżultati mħallta.

Tim A tal-irġiel kiseb rebħa tajba ta’ 16-9 kontra Wales u l-istess tim għeleb lil Katalunja 15-10.

Rebħa ta’ 13-12 mill-Malta Grandmasters kontra Franza filwaqt li t-tim ta’ taħt il-15-il sena safa’ megħlub 12-3 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-kategorija tan-nisa l-Irlanda għelbet lil Malta 14-11.

Malta Tim B tilef kontra Wales 12-9 u rebaħ 17-4 lill-Irlanda ta’ Fuq, 13-8 kontra l-Iskozja u 11-10 kontra l-Irlanda.

It-tim ta’ taħt it-23 sena għeleb lill-Irlanda u lill-Katalunja bl-iskor identiku ta’ 19-6 filwaqt li tilfu maż-żewġ timijiet ta’ Wales 18-7 u 16-9.

It-tim ta’ taħt it-18-il sena kiseb erba’ rebħiet minn daqstant partiti wara li għeleb lill-Irlanda ta’ Fuq 14-11, lill-Irlanda 16-9, lil Franza 16-9 u lil Skozja 16-9