Sport Sport Ieħor

Table Tennis: HITT Academy WH Middle East weħidhom fl-ewwel post

HITT Academy WH Middle East telgħu waħedhom b’punti massimi wara erba’ partiti fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Table Tennis Association meta ftit sabu diffikultà sabiex jegħlbu lil Malta International Table Tennis Centre Butterfly 5-1.

Fit-tieni post hemm Top Spin Table Tennis Academy Pay Andro li għelbu lil Alpha Gewo 4-2.

HITT Academy Mosta Dome B & B żammew ir-rekord perfett ta’ tliet rebħiet minn daqstant partiti fejn din il-ġimgħa kienu bye.

F’aktar riżultati, HITT Academy Tibhar u Malta International Table Tennis Centre Butterfly Dignics kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-1 kontra Mosta Gunners u Top Spin Table Tennis Academy Pay Roxon rispettivament.