Lokali

Appell għal waqfien mill-ġlied fil-Lvant tal-Mediterran

f’marċ organizzat mill-ambaxxata Palestinjana flimkien ma’ Grafitti li beda quddiem il-bini tal-Parlament, mexxa tul Triq ir-Repubblika u ġie fi tmiemu quddiem il-Parlament fil-Belt, b’vuċi waħda favur il-poplu Palestinjan talbu għal waqfien mill-ġlied fil-Lvant tal-Mediterran.

Filfatt kemm Fadi Hanania – l-ambaxxattur Palestinjan għal Malta kif ukoll diversi kelliema oħra; appellaw lill-organizzazjonjiet internazzjonali sabiex tieqaf l-oppresjoni f’Gaza.

L-Ambaxxattur Palestinjan qal li l-Palestinjani mhux se jiefqu hawn u se jkomplu jiġġieldu għal-liberta’ u l-indipendenza.

Id-diversi kelliema li tkellmu quddiem il-bini tal-Parlament sostnew li bħalissa f’’Gaza għaddej ġenoċidju – fejn il-Palestinjani qed jgħixu f’’assedju illegali bi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom hekk kif jinsabu mingħajr aċċess għal fuel, ikel u ilma…. U li kieku l-Palestinjani matul is-snin ma ġġildux kieku illum lanqas biss għadhom jeżistu.

Waqt marċ favur il-Palestinjani, id-diversi kelliema insistew li l-paċi hija possibli biss permezz ta’ Palestina ħielsa, filwaqt li appellaw lill-politikanti sabiex ma jkunux parti minn dan il-massakru u jieħdu azzjoni.

Huma insistew li qatt mhu se jiefqu jsemmgħu leħħinhom għad-drittijiet umani.

L-Imam tal-komunita Musulmana minn naħa tieghu stqarr li l-mod kif jinżammu l-Palestinjani f’Gaza huwa bħal ħabs – waqt li fakkar li l-Palestinjani għandhom dritt biex jiġġieldu għal-ġustizzja u se jkomplu jagħmlu dan sakemm jieħdu lura dak li hu tagħhom bi dritt.