Qassem Ali; il-Malti Amerikan li fl-aħħar jiem spiċċa maqbud fil-gwerra tal-Lvant Nofsani, huwa fost numru żgħir ta’ persuni li rnexxilhom jaslu fl-Eġittu.
F’kuntatt dirett ma’ dan l-istazzjon fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, Qassem Ali ħabbar li kien irnexxilu jasal fil-kapitali Eġizzjana ta’ Kajr – fi vjaġġ li ħa madwar 7 sigħat. Dan kien possibbli wara li nfetaħ il-passaġġ ta’ Rafah, l-unika triq li teżisti bejn Gaża u l-Eġittu.
Il-Malti Amerikan ta’ 65 sena u li għandu dixxendenza Palestinjana, kien jgħix ir-Rabat u għandu familja fl-Imqabba. Fl-aħħar jiem, kien jgħix f’Beit Hanoun fit-Tramuntana ta’ Gaża, u huwa reporter tal-gwerra, wara li ħadem ma’ ABC, bħala cameraman tal-Associated Press, u waqqaf il-kumpanija tat-televiżjoni Palestinjana u l-aġenzija tal-aħbarijiet Ramattan.
Inatnt … aktar minn 8,000 persuna huma maħsuba li nqatlu f’Gaza wara li attakk sorpriża mill-Ħamas f’Iżrael ħalla aktar minn 1,4000 persuna mejta.