Jammetti li kienu Steward li ħadu lill-Gvern fl-arbitraġġ internazzjonali
Huwa ovvju li l-kwistjoni Vitals kellha l-problemi.
Dan saħqu l-Ministru Clyde Caruana f’dibattitu mal-Kelliem tal-PN għall-finanzi Jerome Caruana Cilia…meta l-Ġimgħa filgħaxija ippartecipa fil-programm ‘Opinjoni’ fejn insista li l-affari kellha ssir aħjar.
Mistoqsi mill-preżentatur Dione Borg għalfejn, minkejja li issa qed jgħid li kienet ovvja li kien hemm il-problemi baqa’ xorta waħda jtihom il-miljuni ta’ ewro minn but il-poplu…b’daqqa ta’ pinna – Caruana kompla xorta waħda jiddefendi l-aġir tiegħu.
Il-Ministru Caruana kellu jammetti wkoll is-sewwa magħruf, ċioè li mhux il-Gvern ħa lil Steward fl-arbitraġġ internazzjonali….iżda viċi versa. U b’hekk waqgħet il-maskra li Robert Abela qiegħed jinħeba warajha.
Intant, mistoqsi li kieku d-Deputat Adrian Delia ma fetaħx il-kawża…kienx jiftaħ il-kawża l-Gvern Laburista…. Clyde Caruana ma ta ebda garanzija ta’ dan.
Dan filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia insista li bil-mijiet ta’ miljuni ta’ ewro mgħotija f’dawn id-deals frawdolenti…Gvern Nazzjonalista kien jibda l-bini ta’ Sptar ġdid f’Għawdex, binja ġdida tal-Outpatients…u l-binja tal-Isptar Psikjatriku.
Mistoqsi dwar iż-żieda qawwija fil-popolazzjoni kawża tal-influss qawwi ta’ barranin minn pajjiżi terzi, Clyde Caruana xeħet il-ħtija fuq in-negozji u l-privat….l-istess Caruana li sa ftit ta’ snin ilu kien hu stess li xpruna dan il-mudell ekonomiku meta kien imexxi JobsPlus fi żmien Joseph Muscat.
//= $special ?>